Skip to content

Konkors ta’ Letteratura

għaż-Żgħażagħ

Il-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali organizzat bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li jesploraw id-dinja tagħhom tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. Il-konkors jiġi ġġudikat b’mod anonimu minn tliet ġudikaturi maħtura mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mill-Aġenzija Żgħażagħ.

 

 

Min Jista’ Japplika?

L-applikanti eliġibbli jistgħu jkunu individwi jew gruppi ta’ individwi ta’ mill-inqas 20 sena.
Biex l-applikazzjoni titqies eliġibbli, il-manuskritt oriġinali sottomess m’għandu jkun ġie ppubblikat qatt qabel kemm b’mod sħiħ u anki parzjalment.

Kif Tipparteċipa?

L-applikanti huma mħeġġa jaqraw sew il-linji gwida qabel japplikaw. Intom ġentilment mitluba jkollkom id-dokumenti meħtieġa lesti sabiex jiġu mtella’ qabel tibda l-proċess t’applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi onlajn billi tagħfsu l-buttuna “APPLIKA” fuq il-lemin. Meta timla l-formola tal-applikazzjoni u tissottometti d-dokumenti meħtieġa, tirċievi notifika bl-email li l-applikazzjoni ġiet irreġistrata.

F’każ ta’ xi diffikultà waqt l-istadju t’applikazzjoni, int ġentilment mitlub iċċempel l-uffiċji tagħna fuq +35627131574 jew tibgħat email fuq matthew.borg@ktieb.org.mt

 

Downloads

REBBIEĦA TAL-KONKORS

Manuskritt rebbieħ
Kristalli tas-Silġ

Awtur: Kirstin Spiteri

Manuskritt rebbieħ
be;n il-kmiem

Awtur: Leanne Ellul

Manuskritt rebbieħ
Mitt Elf Isem Ieħor

Awtur: Lon Kirkop

Manuskritt rebbieħ
Karma Red

Awtur: Mark Calleja

Manuskritt rebbieħ
360°

Awtur: Josianne Block

Manuskritt rebbieħ
Stessi

Awtur: Matthew Schembri

Manuskritt rebbieħ
(Ri)ġenerazzjoni

Awtur: Antoinette Borg

Manuskritt rebbieħ
Il-Kulur tal-lellux

Awtur: Rita Saliba

Manuskritt rebbieħ
Termini U Kundizzjonijiet Japplikaw

Awtur: Roberta Bajada

Manuskritt rebbieħ
Gramma

Awtur: Leanne Ellul

Manuskritt rebbieħ
X'aħna smart

Awtur: Stephen Lughermo

Manuskritt rebbieħ
L-Ewwel Darba li Ħassejtek…

Awtur: Charles Casha

Manuskritt rebbieħ
Ħabib fil-Bżonn

Awtur: Tony C. Cutajar

Manuskritt rebbieħ
Inżul ix-Xemx

Awtur: Rita Saliba

Manuskritt rebbieħ
Ossessjoni 

Awtur: Carmel Scicluna

Manuskritt rebbieħ
Bella Berger

Awtur: Rita Saliba

Manuskritt rebbieħ
Storja Maqsuma

Awtur: Emanuel Psaila

Manuskritt rebbieħ
Ġimgħa, Sibt u Ħadd

Awtur: Ivan Bugeja

Aġġudikaturi

Teħtieġ aktar informazzjoni?

Kellimna

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.