Skip to content

Il-Fond Malti

tal-Ktieb

Il-Fond Malti tal-Ktieb joħroġ kull sena għal kategoriji differenti ta’ sottomissjonijiet eliġibbli li jkunu għadhom f’fażi ta’ proġett. Mindu twaqqaf fl-2015 il-Fond baqa’ jkollu rwol importanti fit-tkabbir kulturali tal-industrija lokali tal-kotba, billi jwieżen finanzjarjament lill-pubblikaturi u l-awturi sabiex jippubblikaw xogħolhom.

IL-FOND MALTI TAL-KTIEB 2025

Il-fond allokat għall-2025 huwa €135,000, mifrux fuq il-ħames fergħat li ġejjin:

  1. Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda – €55,000
  2. Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa – €10,000
  3. Għotjiet għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni Kategorija 1: Traduzzjoni u Esportazzjoni ta’ Kotba minn Awturi Maltin – €45,000
  4. Għotjiet għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni Kategorija 2: Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch – €5,000
  5. Għotjiet għat-Traduzzjoni lejn il-Malti – €20,000

Kull applikazzjoni li tingħata l-fond tista’ tirċievi finanzjament sa 100% tal-ispejjeż tal-proġett, b’massimu ta’ €5,000 għal kull għotja, b’eċċezzjoni għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch li għandha massimu ta’ €500.

L-għotjiet jingħataw wara proċess kompetittiv tal-applikazzjoni mħaresd minn bord indipendenti tal-aġġudikazzjoni, li mbagħad jara kif l-aħjar jitqassmu l-fondi skont il-proġetti preżentati sabiex isir l-aħjar użu tagħhom.

LINJI-GWIDA

Aqra bir-reqqa l-linji-gwida qabel iddaħħal il-proġett tiegħek ħalli jkollok kollox kif mitlub mir-regolamenti

IL-PROĊESS TAL-APPLIKAZZJONI

Kif tapplika?

L-applikazzjonijiiet għall-Fond Malti tal-Ktieb jittellgħu online.

Aqra bir-reqqa l-linji-gwida u r-regolamenti tal-fergħa li se tapplika għaliha qabel iddaħħal il-proġett tiegħek, sabiex tkun ċert li żżomm mal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-proċess tal-evalwazzjoni. Tista’ taċċessa kampjun tal-formola tal-applikazzjoni u r-rendikont baġitarju bħala referenza fis-sezzjoni tal-materjal importanti.

Ara li jkollok ippreparati d-dokumenti mandatorji – kif ukoll dawk mhux mandatorji imma li jsaħħu l-applikazzjoni tiegħek – sabiex ittellagħhom fis-sistema tal-applikazzjoni online.

Agħfas fuq il-buttuna “APPLIKA ISSA” fuq il-lemin in-naħa ta’ fuq ta’ dil-paġna.

Jekk issib xi diffikultà ċempel l-uffiċċju tagħna fuq +356 27131574 jew ibgħat email lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt

 

X'jiġri wara li tissottometti?

Meta tapplika tirċievi notifika b’email li kollox sew.

Tista’ teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tkun daħaltha. Biex tagħmel dan, trid tibagħtilna talba għall-editjar mill-portal. Erġa’ lloggja bil-kont tiegħek tas-Submittable, mur fuq l-applikazzjoni, u agħfas ‘Edit’. Talbiet simili jibqgħu jiġu aċċettati sal-għeluq tas-sottomissjonijiet.

Tħabbira tar-riżultati

Il-lista tal-proġetti li jingħataw il-fondi tkun ippubblikata tmien ġimgħat wara l-għeluq tas-sottomissjonijiet.

L-implimentazzjoni tal-proġett

Jekk il-proġett tiegħek jingħata l-fondi, 50% tal-ammont jingħadda meta tiffirma l-kuntratt tal-benefiċjarji.

Meta tlesti l-proġett, il-50% l-oħra jgħaddu għandek wara li tissottometti żewġ kopji stampati tal-ktieb, ir-rapport finali u r-rendikont baġitarju finali, li jridu jiġu approvati mill-KNK.

Benefiċjarji

TEĦTIEĠ AKTAR GĦAJNUNA?

IKKUNTATTJANA

Jekk għandek xi diffikultà jew trid tikkonsulta magħna dwar il-Fond, ibgħat email lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt jew ċemplilna fuq 356 27131574 bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mid-9am sal-4pm.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.