Home / Malta Book Festival
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi u madwar 50 esebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha.
Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein, l-Imħallef Rosemarie Aquilina, Sir Salman Rushdie, Irvine Welsh, John Boyne, Sam Blake, Paul Lynch and Anthony Horrowitz.
MFCC, Ta' Qali
Online
Mediterranean Conference Centre, Valletta