Home / News / Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Back to News Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Infetħu l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2026. Il-Festival se jsir mill-Erbgħa 4 ta’ Novembru sal-Ħadd 8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, imsejjes fuq il-legat għani tal-Fiera tal-Ktieb, mill-2013 ’l hawn sar parti integrali mill-kalendarju kulturali annwali tal-gżira, u jżomm postu bħala l-akbar avveniment ibbażat fuq il-ktieb f’Malta u Għawdex. Il-Festival, li huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), jilqa’ eluf ta’ viżitaturi ta’ kull età u minn kull qasam, li jżuru l-istands tal-ħafna esebituri u jattendu l-attivitajiet li jkunu għaddejjin. Mistednin internazzjonali rinomati jkomplu jżidu mal-preġju ta’ dan l-avveniment, u jsawruh f’ċelebrazzjoni prestiġjuża tal-kelma miktuba. Minn din is-sena, il-proċess tal-applikazzjonijiet se jinqasam f’żewġ taqsimiet: waħda għall-esebituri li jipparteċipaw fil-Festival billi jkollhom stand, u oħra għall-individwi jew l-entitajiet li japplikaw sabiex ikollhom avveniment bħala parti mill-programm tal-festival mingħajr ma jkollhom stand permanenti fil-Festival. Id-data ta’ skadenza sabiex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-esebituri hija l-19 ta’ Mejju, filwaqt li l-iskadenza għall-applikazzjonijiet tal-avvenimenti hija t-30 ta’ Ġunju. Iż-żewġ tipi ta’ applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati permezz tal-pjattaforma Submittable — aktar dettalji fit-taqsimiet relevanti hawn taħt. Applikazzjoni għall-Esebituri — Tagħrif Importanti Il-formola ta’ applikazzjoni għall-esebituri, b’regoli, regolamenti u dispożizzjonijiet, hija miftuħa għall-pubblikaturi, id-distributuri tal-kotba, il-ħwienet u l-aġenziji tal-kotba kollha lokali u internazzjonali. L-NGOs u l-entitajiet pubbliċi li l-qasam tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni tal-kotba jew il-promozzjoni tal-letteratura, kif ukoll awturi awtoppubblikati, ukoll huma eliġibbli sabiex japplikaw. Il-miżati kollha tal-istands se jiġu ssussidjati mill-KNK, u jitnaqqsu b’75% b’tentattiv li jiġu appoġġjati l-esebituri prospettivi. Agħfas hawn sabiex taqra l-linji gwida u r-regolamenti kollha. Applikazzjoni għall-Avvenimenti — Tagħrif Importanti L-entitajiet u l-individwi interessati li jorganizzaw avvenimenti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 għandhom jissottomettu l-informazzjoni relevanti kollha permezz ta’ Submittable sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026. Il-parteċipanti jridu jissottomettu d-dettalji kollha tal-avvenimenti proposti sad-data ta’ skadenza sabiex jiġu kkunsidrati li jiġu inklużi fil-programm uffiċjali, b’applikazzjonijiet għal avvenimenti waħedhom (jiġifieri dawk mingħajr stand ta’ esebitur fil-Festival) b’miżata ta’ €30, li tiġi rinunzjata għall-esebituri mħallsin. Hemm żewġ kategoriji ta’ avvenimenti disponibbli: Tip A (avvenimenti li jsiru fi spazji tal-festival apposta) u Tip B (avvenimenti li jsiru fuq l-istands tal-esebituri stess), kull waħda b’informazzjoni speċifika meħtieġa bħad-deskrizzjonijiet tal-avvenimenti, id-dettalji tal-kelliema, il-preferenzi fl-iskeda, u l-pjanijiet għall-marketing. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa responsabbli għal min jiġi inkluż fil-programm, l-iskeda, u kwalunkwe bidla li ssir. Id-deċiżjonijiet finali se jiġu kkomunikati sas-7 t’Awwissu 2026. Agħfas hawn sabiex taqra l-linji gwida u r-regolamenti kollha. Dawk kollha interessati huma mitlubin japplikaw permezz ta’ din il-ħolqa: ktieb.submittable.com/submit. Esebituri prospettivi huma ġentilment imfakkrin li applikazzjonijiet bikrin se jingħataw preferenza fil-programm tal-avvenimenti u huma mħeġġin jaqraw sewwa t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma japplikaw. L-applikanti kollha huma mitlubin jaqraw sewwa t-termini fuq il-pjattaforma Submittable. Pagament Il-pagament tal-miżati għall-istands għandu jsir lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sal-15 ta’ Mejju, 2026. Il-pagament jista’ jsir biss permezz ta’ Submittable mill-pjattaforma tal-applikazzjonijiet. Ħinijiet tal-Ftuħ Aġġornati Esebituri prospettivi għandhom jinnutaw li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 huma dawn li ġejjin: L-Erbgħa 4/11 09:00-21:00Il-Ħamis 5/11 09:00-13:00; 17:00-21:00Il-Ġimgħa 6/11 09:00-13:00; 17:00-21:00Is-Sibt 7/11 09:00-21:00Il-Ħadd 8/11 09:00-20:00 • Nota dwar l-użu tal-IA Il-KNK jqis lill-illustraturi u lill-artisti tal-kotba fost l-imsieħba ewlenin tiegħu. Għal dan il-għan, niskoraġġixxu lill-esebituri prospettivi kollha milli jużaw stampi ġġenerati mill-IA — kemm fl-arti użata fuq l-istand tagħhom jew kwalunkwe materjal ieħor muri jew distribwit matul il-FNK. Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-esebituri hija l-19 ta’ Mejju, filwaqt li d-data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet tal-avvenimenti hija t-30 ta’ Ġunju. Iż-żewġ tipi ta’ applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati permezz tal-pjattaforma Submittable. SHARE POST Related Articles Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More view all similar news
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More