Home / News / Il-KNK impenjat li joffri aktar inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet wara s-suċċess tal-kors tal-editjar Back to News Il-KNK impenjat li joffri aktar inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet wara s-suċċess tal-kors tal-editjar News • Other 22nd September, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) huwa impenjat li jżid l-inizjattivi li joffri lill-imsieħba lokali li jsaħħu l-ħiliet, wara li ntemm b’suċċess kors ta’ sitt ġimgħat fuq l-editjar tal-kotba li sar online mit-23 ta’ Lulju sal-1 ta’ Settembru. Il-kors, bl-isem ‘Become a Book Editor’ kien disponibbli fuq il-pjattaforma ELVTR u ngħata mill-editur rinomat Francesco Vilhena, li jgħix u jaħdem fir-Renju Unit. Il-kors ġie offrut bla ħlas lil tliet parteċipanti Maltin fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel, b’investiment dirett mill-KNK. Il-kors ikkonsista kemm f’elementi prattiċi u bbażati fuq is-sengħa tal-proċess editorjali – bħall-qari tal-provi, it-tekniki tal-copyediting, l-evalwazzjoni ta’ manuskritt u l-għoti tar-rispons kostruttiv – u kkonsista wkoll f’marketing, fid-disinn, fil-kunsiderazzjonijiet legali u etiċi fid-dinja tal-pubblikazzjoni. Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri qal, “Kif stennejna, il-kors ‘Become a Book Editor’ kien esperjenza ta’ valur għall-parteċipanti, kif ukoll indikatur ewlieni ta’ kif il-KNK beħsiebu jkompli jiżviluppa tali inizjattivi u kollaborazzjonijiet fil-futur.” Meta ntalbu kumment fuq l-esperjenza tagħhom, il-parteċipanti spjegaw kif il-kors għenhom jiksbu għarfien aktar komprensiv tal-proċess editorjali, li jiġbor l-aspetti kreattivi u anke tekniċi tax-xogħol, kif ukoll punti usa’ dwar l-industrija tal-pubblikazzjoni b’mod ġenerali. Camilleri nnota li t-tliet parteċipanti kollha marru tajjeb fil-kors, u qal li dan ikompli jsostni d-deċiżjoni tal-KNK li mhux biss jinvesti f’tali inizjattivi, imma anke li jespandi fuqhom fil-ġejjieni. “Aħna nqisu din l-ewwel kollaborazzjoni ma’ entità bħal ELVTR bħala test pożittiv ta’ dak li għad irid iseħħ. Filwaqt li jilqa’ kull rispons, il-KNK għandu l-għan li jesplora opportunitajiet oħra li jsaħħu l-kapaċitajiet tal-individwi fis-settur fix-xhur li ġejjin,” żied jgħid Camilleri. Fil-fatt, is-suġġett li jmiss fuq din l-aġenda partikolari tal-KNK huwa kors dwar il-kitba tal-proża fittizja mogħti minn The Novelry – li għalih ukoll imtlew il-postijiet disponibbli f’ħin rekord. Dawk interessati f’inizjattivi futuri ta’ din ix-xorta huma mħeġġin isegwu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u Instagram, u jirreġistraw għan-newsletter b’email tal-KNK minn fuq dan is-sit SHARE POST Related Articles L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More view all similar news
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More