Home / News / Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK Back to News Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News • Other 19th August, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur, kartunist u akkademiku li miet fid-19 t’Awwissu fl-età ta’ 68 sena. Huwa kien ukoll Kap tal-KNK mill-2005 sal-2013. Mallia kellu preżenza enerġetika u ta’ impatt kemm fis-settur kulturali, kif ukoll f’dak edukattiv, u l-legat tiegħu jikkonsisti f’lista impressjonanti ta’ xogħlijiet ippubblikati, u anke fil-mod kif influwenza u ispira ġenerazzjoni ta’ kittieba, kartunisti, artisti tal-komiks u ġurnalisti, permezz tal-vokazzjoni tiegħu bħala edukatur. “Il-mewt ta’ Ġorġ Mallia hija telfa monumentali għas-settur kulturali Malti. Ma nkunx qed nesaġera billi ngħid li kważi kwalunkwe persuna b’interess fil-pubblikazzjoni f’Malta – kemm jekk fil-ġurnaliżmu jew fil-letteratura, fil-kotba tat-tfal jew fir-rumanzi grafiċi – tkun ġiet f’kuntatt ma’ Mallia b’xi mod jew ieħor, bħala superviżur jew bħala kollega,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. Huwa faħħar l-impatt ta’ Mallia bħala artist u bħala edukatur li ħeġġeġ it-talent żagħżugħ kemm f’xogħlu bħala lettur u anke permezz tal-isforzi tiegħu li jrawwem media mmexxija mill-istudenti fuq il-kampus. Camilleri żied jgħid, “Ġorġ kien figura importanti fix-xena tal-pubblikazzjoni lokali u punt ta’ referenza għal bosta. In-nuqqas tiegħu se jinħass bil-kbir.” Mallia kien l-awtur ta’ għadd ta’ xogħlijiet għat-tfal – bħas-sensiliet ta’ Pullu u Il-Professur Għasfur. Huwa rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2022 għall-ktieb Il-Ħamsin: 24 Awtur, 24 Storja, in-numru 50, li hu kien editur tiegħu. Xogħlijiet oħra tiegħu għall-adulti jinkludu l-antoloġija ta’ stejjer qosra Mitt Ruħ (2020), kif ukoll il-ġabra ta’ poeżiji My love had eyes of blue and dreams (2019). Bħala kartunist u karikaturist notevoli, Mallia ħareġ l-aħħar strixxa komika tiegħu mis-sensiela Żepp għat-Times of Malta ftit jiem biss qabel ħalliena. Is-sensiela Żepp, li nħolqot b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, kienet l-aktar xogħol riċenti ta’ Mallia f’dan il-ġeneru u, sfortunatament, l-aħħar xogħol tiegħu fil-ġeneru. B’hekk din is-sensiela timmarka t-tmiem ta’ karriera prolifika immens fil-kartuns. Il-karriera ta’ Mallia bħala kartunist bdiet fis-Sagħtar fil-bidu tas-70ijiet, u ssaħħet b’One Family, sensiela ta’ komiks soċjopolitiċi li kienu minn tal-ewwel ta’ din ix-xorta f’Malta, u kienu jiġu ppubblikati fuq The Sunday Times bejn l-1993 u l-2008. Illum il-ġurnata, Mallia huwa sinonimu wkoll mat-tpinġijiet kommemorattivi ta’ persunaġġi Maltin li kien jagħmel u jxerred fuq il-media soċjali meta dawn iħalluna. L-aħħar waħda li għamel kienet iddedikata lix-xandar Malti Norman Hamilton. Mallia kien Professur tal-Komunikazzjoni, u Kap tad-Dipartiment tal-Media u l-Komunikazzjoni fil-Fakultà tal-Media u x-Xjenzi tal-Għarfien fl-Università ta’ Malta. Huwa ħalla warajh lil martu u liż-żewġ uliedu. Il-KNK jixtieq jgħaddi l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-qraba ta’ Mallia f’dan il-mument diffiċli. SHARE POST Related Articles Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More view all similar news
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More