Home / Back to Winners Bella Berger 14th February, 2011 Ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin fl-2013 Bella ma kinitx għalkollox komda b’persunitha. Kienet tinħeba ġo flokkijiet wesgħin u l-ġins kienet issibu komdu għal kull okkażjoni. Kultant xtaqet tkun bħal ħabibitha, Jasmine, bl-għadam ta’ ġenbejha mqabbeż ‘l barra jew bħal oħtha Darlene, b’figura ta’ ballerina. Marvin ta’ ħdejhom minn dejjem kien nitfa ta’ tifel. Imma għaliex in-nies jiġġudikawk minn kif tidher aktar milli x’taf tagħmel? U għalfejn dawk ta’ madwarek jibqgħu jinbidlu? Jew jiddettawlek x’għandek tibdel biex tidher aħjar? Sħabek ikollhom ġenn biex jikbru, jew iwarrbuk imbagħad jerġgħu jkellmuk xħin ikun komdu għalihom. Dawk li tkun tħobb tibża’ li jitilqu… In-nanna Bianca se tibqa’ magħha, tirrakkontalha, tinkoraġġiha f’ħolmietha? U Bella kienet lesta li tinbidel? Kienet lesta li tikber? Dwar l-awtriċi / About the author Rita Saliba tikteb għat-tfal, għall-adolexxenti u għall-kbar. Rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ u l-adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-Lellux fil-konkors imniedi fl-2015. Fl-2014 ittraduċiet mit-Taljan żewġ rumanzi għall-adolexxenti Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel u Il-Misteru tal-Labirint. L-ewwel rumanz tagħha għall-adulti huwa O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) hija ġabra ta’ poeżiji tal-awtriċi. Ħarġet tliet ġabriet ta’ mikrostejjer – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost il-pubblikazzjonijiet ta’ Saliba nsibu tliet addattamenti ta’ rumanzi klassiċi għat-tfal tal-ewwel snin tas-sekondarja. Rita Saliba writes for children, teenagers and adults. She won the Novels for Youth Literary Contest three times with her novels Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) and Il-Kulur tal-Lellux in the contest launched in 2015. In 2014 she translated from Italian two novels for teenagers Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel and Il-Misteru tal-Labirint. Her first novel for adults is O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) is a collection of poems by the author. She has released three collections of microstories – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Winner of the National Book Prize. Among Saliba’s publications we find three adaptations of classic novels for children in the first years of secondary school. SHARE POST