NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Qoxra+Finali+-+Ħassartek+-+RGB+FRONT

Ħassartek

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Poeżija’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Ħassartek jinkludi 231 poeżija tat-tħassir mill-ewwel rumanz tal-awtur Stessi. Skont Raphael Vella, “huwa stessu mtertaq, imneżża’ minn sens ta’ inibizzjoni, sempliċi u konċiż. Ħafna aktar minn Stessi, Ħassartek huwa stessu introspettiv, imnikket, espliċitu speċjalment fl-ispazji vojta li jiċċassaw lura lejk fuq kull paġna.”

Pubblikatur
Awtopubblikat

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Matthew Schembri

Awtur: Matthew Schembri

Matthew Schembri (1993) huwa artist u awtur ibbażat f’Malta. Kiseb l-MA fl-Arti Diġitali (MFA) fl-2017 u d-Diploma fil-Letteratura Maltija fl-2020. Fl-2016 kien mistieden bħala artist residenti fil-Virginia Centre for the Creative Arts (VCCA). Schembri rebaħ ‘Divergent Thinkers 04’ (2015), ‘The Literary Contest of Novels for Youth’ (2016), ‘Shifting Contexts’ (2019) u fl-2018 ingħata l-premju bħala l-‘Artist Żagħżugħ tas-Sena 2017’ mill-Kunsill Malti għall-Arti. Barra Malta, xi xogħlijiet tal-arti tiegħu ġew esebiti fl-Olanda, fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fl-Amerika. L-ewwel rumanz tiegħu, Stessi, ġie ppubblikat fl-2018 waqt li l-ewwel ġabra tal-poeżiji tiegħu, Ħassartek, ġiet ippubblikata fl-2021.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT