NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
il-fatat kahlani - Leanne Ellul, Clare Azzopardi

Il-Fatat Kaħlani

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Karattru ġdid, mimli praspar! L-istejjer ta’ Kaħlani jlaqqgħukom ma’ fatat fuq tiegħu u sħabu l-fatati l-oħrajn. Kollha jgħixu fl-Istazzjon tal-Ferrovija ta’ Birkirkara. Kollha għandhom ħafna stejjer ikkuluriti u f’dan il-ktieb issibu tnejn minnhom. Jekk xi ħadd isaqsik rajtx xi wieħed minnhom:
1. SPARIXXI
2. TGĦID XEJN!
Ktieb li juża l-font EasyReading, tipa b’leġġibbiltà faċli, ta’ għajnuna għal tfal bid-dislessja.

Pubblikatur
Merlin Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

claire
LEANNE ELLUL PIC

Awturi: Clare Azzopardi u Leanne Ellul

Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adolexxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi u bit-Taljan, waqt li fix-xhur li ġejjin se jkun ippubblikat bl-Ingliż u bl-Ungeriż. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two.

Leanne Ellul tikteb il-poeżija u l-proża u ppubblikat xogħol għall-adulti u għat-tfal. Ingħatat il-Premju tal-Awtriċi Emerġenti tas-sena fl-2016 mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u numru ta’ xogħlijiet minn tagħha ħadu l-Premju Terramaxka. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, kienet ippubblikata fl-2020. L-aħħar xogħol tagħha għall-kbar, Bjuda, huwa proġett interdixxiplinarju li jdur mal-kulur abjad. Ellul tgħallem il-Malti u hija attiva f’Inizjamed u Fondazzjoni HELA, żewġ għaqdiet volontarji li għandhom fil-qalb tagħhom il-lingwa u l-kultura.

NBP FINALISTS 1080x1080px MLT