
xejn għajr iż-żattit tal-lożor bejn riġlejna mħabbla
l-aħħar qtar tan-nida jiffissed ma’ truf-il ħġieġ
Jiżfen ma’ kull nefħa riħ
il-purtieri jitħajmu fl-irtuba bajda tal-ewwel imrieżaq
u aħna magħhom, imkebbin fis-sħana ta’ xulxin
ħarira ‘l fuq minn rasna
nifsijietna sospiżi —
dal-mument ma jeħtiġlux norqmuh bi kliem
biżżejjed inqiegħed imnifsejja fin-nwejqa ta’ taħt gerżumtek
biex nerġa’ nsibek sħiħ
inħoss il-ħajja tħabbat fl-arterji ta’ għonqok
u jtini li nieħdok fejn l-arja għandha riħa ta’ baħar
fejn il-bużbież salvaġġ jikber bla rażan
qatt rajt fjura tal-kappar? qatt doqt il-bajtar tax-xewk?
xejn għajr sikta u mlusa
għajnejk iżommu ‘l tiegħi dawk il-ftit sekondi żejda
għajnejk mappa f’din l-hena usa’, ġdida