Varjazzjonijiet tas-Skiet - Nadia Mifsud

Varjazzjonijiet tas-Skiet

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Poeżija’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

F’din il-ġabra ta’ poeżiji, Nadia Mifsud tirrakkonta skitijiet differenti, mis-skiet l-iktar intimu sa dak li saħansitra jista’ jissejjaħ esperjenza kollettiva, bħal meta d-dinja nħafnet mill-pandemija u ma konniex nafu x’naqbdu ngħidu (iktar).
U int, qatt doqt is-skiet? Qatt żfintu? Taf tgħid x’kulur(i) għandu?
Varjazzjonijiet tas-Skiet huwa ktieb magħmul bl-idejn minn Kotba Calleja, pubblikazzjoni Ede.

Pubblikatur
Ede Books

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Nadia Mifsud

Awtriċi: Nadia Mifsud

Nadia Mifsud (1976) tikteb l-iktar poeżiji u stejjer qosra, kultant xi rumanz. Spiss tittraduċi mill-Malti għall-Franċiż, kultant bil-kontra. L-aħħar żewġ pubblikazzjonijiet tagħha huma Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books) u Żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers). Fl-2016, rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (poeżija) għat-tieni ġabra tagħha, Kantuniera ’l bogħod. Mifsud ilha mill-2011 involuta f’Inizjamed.
REBBIEHA