‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ hija attività li se tittella’ għall-ewwel darba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta) u se tkun għaddejja matul l-aħħar tlett ijiem tal-Festival: il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru fis-7.30pm, is-Sibt 10 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 11 ta’ Novembru fit-3pm.

Id-duo Danusan flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistiednu familji, tfal u kbar biex jixtru l-biljetti u jiġu għal show ta’ siegħa u nofs mimlija divertiment u daħk, dejjem fil-kuntest tal-kotba u l-qari. Ix-shows se jsiru f’Republic Hall, MCC u l-biljetti jistgħu jinxtraw direttament minn din il-ħolqa. Il-biljetti jridu jinqatgħu minn qabel u jibdew mill-prezz ta’ 5€.

 


Share Article