“Kull għalliem hemm bżonn japrezza l-fatt li hemm xogħol kbir involut, għaldaqstant ħadd ma jista’ jieħu xogħol ta’ ħaddieħor u jagħmlu tiegħu. ” – Clifford Żahra Fenech

F’Diċembru li għadda l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb laħaq ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u rappreżentanti tal-pubblikaturi u ġie ffirmat il-ftehim tal-Education Exception – damma tal-aħjar prattiċi fl-użu ta’ materjal ippubblikat fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja. Tħejja wkoll manwal għall-edukaturi li għandu jibda jitqassam fis-sena skolastika li ġejja.

Tkellimna mal-pubblikatur u rappreżentant tal-Organizzazzjoni Maltija għad-Drittijiet Reprografiċi (MRRO), Chris Gruppetta, kif ukoll mal-edukatur u awtur Clifford Żahra Fenech dwar kif se tkun applikata l-Education Exception.

Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta.


Share Article