F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Carlston Grima.

Il-mistieden tkellem dwar Kaxxa Infernali, dizzjunarju ta’ termini marbuta mal-logħob tan-nar, kif ukoll dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn Erba’ Profili.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Carlston Grima ggradwa mill-Università ta’ Malta bil-Baċellerat tal-Arti (Unuri), u bil-Maġisteru fil-Malti. Iggradwa wkoll fil-Qari tal-Provi u l-PGCE. Bħalissa huwa Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. Il-poeżiji tiegħu dehru fi Kliem Infinit, Bejn Tnejn Erba’ Profili. Il-proża tiegħu dehret f’ Għidli Mitejn. Fl-2015 ħa t-tieni post fil-Premju Frans Sammut, organizzat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, bħala rikonoxximent għal dak li għamel b’risq l-ilsien Malti.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article