“Morna minn dinja ta’ antikwarji, nies li jistudjaw l-oġġett bħala oġġett, għal nies bħal Temi Zammit li jistudjaw l-oġġett iżda bl-intenzjoni li dan l-oġġett jista’ jitfa’ dawl fuq l-istorja ta’ pajjiżna fil-qedem u ir-rivoluzjoni ġabha Temi Zammit.” – Nicholas Vella

Fil-programm ta’ dil-ġimgħa tkellimna ma’ Prof. Nicholas Vella li tul dan l-aħħar snin kien qed jaħdem fuq proġett ta’ riċerka li laħaq il-qofol tiegħu ftit ġimgħat ilu bił-publikazzjoni tal-ħames volumi ‘Malta Antica’ fuq il-kitbiet mhux ippubblikati tal-arkeologu Taljan Luigi Maria Ugolini.

Infakkru lis-semmiegħa li dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta fl-istess ħin.


Share Article