F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ John Buttigieg.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-poeżija tiegħu, hekk kif tidher fiż-żewġ ġabriet Nixtieqek terġa’ tiġi (1989) u Qabel Tagħmel ix-Xita (Horizons). Staqsejnieh dwar it-tema tal-istennija fil-kitbiet tiegħu, min hu l-qarrej f’moħħu, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Oliver Friggieri, l-affinità mal-poeta Gioele Galea, l-aspett politiku, u l-ħsieb tal-awtur għal triloġija, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

John Buttigieg huwa l-awtur tal-ġabriet tal-poeżiji Nixtieqek terġa’ tiġi (1989) u Qabel Tagħmel ix-Xita ppubblikat minn Horizons fl-2017. Studja fil-Kulleġġ Sant’Elija u fl-Università ta’ Malta. Buttigieg huwa wkoll kofundatur tal-grupp Poeżijaplus. Fil-preżent, Buttigieg jagħmel parti mis-Servizz Diplomatiku Malti fil-Ministeru għall-Affarijiet Baranin.


Share Article