F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Romario Sciberras u Klara Vassallo.

Mal-mistednin tkellimna dwar id-39 ħarġa ta’ Leħen il-Malti, li tnediet fl-aħħar jiem waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali. Lil Romario staqsejnieh dwar l-istorja wara l-pubblikazzjoni, x’tip ta’ kittieba jidhru fiha u kif jintgħażlu. Lil Klara tkellimna magħha dwar ix-xogħol tagħha li jidher fil-ħarġa kif ukoll dwar is-suċċess riċenti tagħha bir-rebħ tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef.

Isma’ l-intervista sħiħa hawn taħt.

Klara Vassallo qed tistudja l-Malti u l-Bijoloġija fil-Livell Avvanzat, mal-kant u l-mużika. Rebħet diversi premji letterarji, fosthom l-ewwel post fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020. Romario gradwa fil-Malti, u din hija t-tieni sena tiegħu bħala għalliem.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article