F’dan il-programm mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Psaila u Ryan Grech dwar il-kors Taħżiż li ħadu sehem fih, organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università. Taħżiż huwa programm ta’ empowerment u kitba kreattiva.

Fost l-oħrajn, dawn tkellmu dwar kif bnew il-ħila kreattiva tal-kitba tagħhom bis-saħħa tal-kors, għaliex u meta wieħed għandu japplika, u anki dwar il-pubblikazzjoni partikulari tagħhom.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Mark Psaila studja l-Università ta’ Malta u l-London School of Commerce. Gradwat bħala għalliem tal-Istorja, u għandu Maġisteru fl-Etika u l-Amministrazzjoni tan-Negozju. Ryan Grech huwa wkoll gradwat fl-Istorja u d-Diplomazija. Iħobb il-muturi, jaqra u jirriċerka.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article