F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simone Galea.

Mal-mistiedna tkellimna l-aktar dwar il-poeżiji fil-ġabra tagħha Xi drabi mqar persuna, iżda mhux biss. Staqsejnieha dwar l-identità tal-mara fl-arti, fil-letteratura, fil-politika u fis-soċjetà, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Tista’ tixtri l-kotba ta’ Simone Galea minn hawnhekk.

Simone Galea tgħallem il-Filosofija tal-Edukazzjoni fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta. Għallmet il-lingwa u l-letteratura Maltija fi skejjel sekondarji u postsekondarji, u bħalissa l-ktieb ta’ poeżiji tagħha Xi drabi mqar persuna qed jintuża bħala test fl-istudji tal-istudenti tal-Malti fil-Livell Intermedju u fl-Avvanzat. Ktieb ieħor tagħha, Il-Metamorfosi tal-Mamà, kien rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2012.


Share Article