F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simone Spiteri.

Il-mistiedna tkellmet dwar l-aktar xogħol riċenti tagħha, id-dramm Repubblika Immakulata, li ttella’ mill-grupp teatrali Du Theatre. Spiteri wieġbet mistoqsijiet relatati mal-ħsieb wara t-test tad-dramm, is-sarkażmu, il-post temporali tad-dramm, u l-użu tal-Malti fix-xogħlijiet teatrali realistiċi, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Simone Spiteri bdiet tikteb id-drammi meta kienet għadha tifla żgħira. Minn dak iż-żmien ‘l hawn kompliet taħdem u tikteb għat-teatru u tgħallem studenti ta’ kull età. Ftit tas-snin ilu bdiet tikteb ukoll textbooks tal-Istorja.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article