Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar id-data tal-laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-awturi u l-pubblikaturi, li se ssir is-Sibt 17 ta’ Diċembru mid-9am sa 12pm. Il-laqgħa se ssir f’The Victoria Hotel, Triq Ġorġ Borg Olivier, Tas-Sliema, qrib ħafna l-isptar St. James. Il-parkeġġ tal-lukanda se jkun disponibbli.

L-Aġenda

  1. L-isfidi ekonomiċi tal-industrija tal-pubblikazzjoni fl-aħħar sena
  2. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
  3. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
  4. Il-Fond Malti tal-Ktieb
  5. Affarijiet oħra

Il-laqgħa hija ta’ interess speċjali għall-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, l-edituri, u t-tradutturi u tipprovdi opportunità sabiex dawn jaqsmu l-ideat u l-informazzjoni li għandhom dwar punti speċifiċi tal-aġenda. Bis-saħħa ta’ laqgħat bħal dawn il-KNK ikun jista’ jibni l-politika u l-pjan tiegħu fl-aħjar interess tal-imsieħba fl-industrija tal-kotba.

Il-KNK qed jilqa’ wkoll xi suġġerimenti għal diskussjoni minn qabel, sabiex naġġornaw l-aġenda u niġu ppreparati. Biex tikkonferma l-attendenza tiegħek u tniżżel xi punt/i li tixtieq tressaq ħu ħsieb li timla sewwa din il-formola online: https://forms.gle/fuSQtiphEhtiwKf8A .


Share Article