F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Stephanie Sant u Teodor Reljić dwar il-ħidma tagħhom fil-film qasir Camilla, rebbieħ tal-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra, u dwar il-ktieb Two ta’ Reljić.

Stephanie u Teodor tkellmu dwar l-addattament tan-novella Camilla f’film, u aktar tard fl-intervista Teodor tkellem dwar aspetti letterarji varji mir-rumanz tiegħu.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Stephanie Sant gradwat bil-Maġisteru fl-Arti fl-2016, u taħdem primarjament fiċ-ċinema bħala direttriċi u kittieba, u fl-arti performattiva. Teodor Reljić huwa kittieb freelance, editur tal-kultura u kritiku tal-films fil-gazzetta Malta Today.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article