
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – edizzjoni virtwali huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ online mill-11-15 ta’ Novembru.
Il-preparamenti bdew ġmielhom u l-programm tal-attivitajiet jinħareġ f’Settembru.
L-imsieħba fl-industrija tal-kotba u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna biex isegwu s-sit uffiċjali u
Websajt u l- l-paġna tal-Facebook tagħna għal aktar aġġornamenti
L-istorja tal-FNK
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 40,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 40 eżebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein u l-Imħallef Rosemarie Aquilina.
Iż-żjara
Ħinijiet tal-ftuħ: L-Erbgħa 11 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ħamis 12 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 22:00 Is-Sibt 14 ta’ Novembru: 09:30 – 22:30 Il-Ħadd 15 ta’ Novembru: 08:30 – 20:00
Mingħajr dħul
Ċentru tal-Konferenzi Mediterranji (MCC), Triq l-Isptar, Valletta, VLT 1645
Programm għat-tfal tal-iskejjel
L-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għall-attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba.
Kull student irreġistrat jirċievi vawċer ta’ €5 li jkun jista’ jsarrfu waqt il-Festival, kif ukoll ikun jista’ jattendi xows addattati skont l-età fit-Teatru tal-Festival jew xows oħrajn fin-naħa tal-ħanut tal-kotba.
Irreġistra minn qabel lill-istudenti tiegħek għal żjara waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023
Eżebituri
L-applikazzjonijiet għall-pubblikaturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni virtwali tal-Festival issa fetħu. Niżżel l-applikazzjoni aġġornata minn hawn u qabel tibgħatha kun ċert li qrajt sewwa l-istruzzjonijiet.
L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email lil Michael Mercieca (michael.mercieca@gov.mt) jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li jidher hawn, sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm): Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. Joseph J. Mangion, Il-Furjana, FRN 1800, MALTA.
Is-Sacra Infermeria u La Valette Halls se jkunu qed jospitaw pubblikaturi, NGOs u libreriji, kif ukoll bejjiegħa tal-kotba u ħwienet tal-kotba.
Għall-familji
Id-dettalji dwar xows għall-familji waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali joħorġu aktar tard.
Skema ta’ promozzjoni għall-eżebituri
Din is-sena l-eżebituri għandhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju fuq il-miżata għall-istand tagħhom jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali. Il-Formola tal-applikazzjoni għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri u r-regolamenti tista’ titniżżel minn hawnhekk..
EDIZZJONIJIET IMGĦODDIJA The 2019 Malta Book Festival
Ara hawnhekk il-programm uffiċjali tal-avvenimenti kollha tal-FNK 2019 (verżjoni għall-mowbajl) li kien jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.
Il-Festival beda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Ipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-On. Imħallef Rosemarie Aquilina, li serqet ix-xena internazzjonali fl-2018 meta ppresediet il-każ ta’ Larry Nassar, u bagħtitu 175 sena ħabs minħabba abbużi sesswali. Minn dakinhar l-Imħallef Aquilina saret wieħed mis-simboli tal-moviment #MeToo.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-programm kulturali tal-FNK 2018 kellu aktar minn 80 attività bejn tnedijiet ta’ kotba, qari, laqgħat mal-awturi, seminars u konferenzi. Bħala avveniment li fforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Festival ingħata s-sostenn sħiħ tal-Gvern.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-awtriċi u attivista ta’ fama internazzjonali Naomi Klein, li kienet intervistata mill-ġurnalist lokali Matthew Vella. Klein hi l-awtriċi tal-ktieb The Shock Doctrine, li kiser rekords ta’ bejgħ fid-dinja u li fih Klein titkellem dwar dak li ssejjaħlu ‘kapitaliżmu tad-diżastri’. Il-ktieb qawwa l-prominenza ta’ Klein, bin-New Yorker jgħid li Klein hi l-aktar figura viżibbli u influwenti fix-xellug Amerikan.
Il-Programm ta’ Attivitajiet Kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-formola ta’ risponsgħaż-żjajjar tal-iskejjel fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. The 2017 Malta Book Festival



Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 50,000 persuna u jipparteċipaw mal-50 esebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jirritorna għad-39 darba tiegħu bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali.
It-tema ta’ dis-sena hija #kotbakitbauaktar, xhieda tal-potenzjal tal-letteratura li tisboq il-kelma miktuba u tinbidel f’forom artistiċi oħrajn – minn illustrazzjoni sa ħoss, teatru jew adattament ċinematografiku. Il-programm jinkludi madwar 100 attività mqassma fuq ħamest ijiem – b’xejn u fi swali differenti – li jvarjaw minn xows u attivitajiet għall-familja u l-istudwntu, tnedijiet u diskussjonijiet dwar kotba, workshops ta’ kitba, qari animat, u laqgħat bejn il-professjonisti u l-imsieħba fl-industrija tal-ktieb.
Il-kunċert VII / Fidwa tal-Bdiewa huwa l-unika attività li teħtieġ biljett għaliha; għall-bqija d-dħul huwa b’xejn. Xi masterclasses jew workshops jeħtieġu r-reġistrazzjoni minn qabel, u allura ara li żżur il-paġna ta’ kull wieħed sabiex tirreġistra minn hemm.
Is-silta uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023
Ara l-erba’ karattri simpatiċi tal-festival tagħna jieħdu l-ħajja fl-animazzjoni tal-powster grazzi għat-talent inkredibbli tal-illustratriċi lokali Moira Scicluna Zahra u l-animatur diġitali Kyle Xuereb Cunningham.
L-istorja tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein, l-Imħallef Rosemarie Aquilina, Sir Salman Rushdie, Irvine Welsh u John Boyne.
Il-poster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023
Il-poster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 jiġbor fih l-ispirtu multisensorjali tal-edizzjoni ta’ dis-sena fiċ-ċelebrazzjoni tal-kelma miktuba. Il-vjaġġ se jkun wieħed ’l hinn minn #kotbakitbauaktar!
Il-poster huwa illustrat minn Moira Scicluna Zahra u ddisinjat minn Sarah Cachia Falzon, u jippersonalizza b’mod lewwieni u viżiv il-miri mpoġġija għal dan l-avveniment. Il-maskots – li diġà laqqajniekom magħhom fil-mezzi soċjali tagħna – jinkludu lil Ray il-Qarrej, sajjied immaġinarju dejjem bi ktieb f’idejh, lil Filip il-Kittieb, awtur mistur li jħobb jara l-kelma mibdula f’teatru, lil Ċiċi l-Ispettatriċi, qattusa kurjuża li tagħżel xħin tara xow letterarju, u lil Mia s-Semmiegħa, ħabbieba tal-mużika li taqbad tiżfen mal-istejjer.
Informazzjoni
L-esebizzjoni From Illustration to Book
It-tieni edizzjoni ta’ din l-esebizzjoni ddedikata għad-disinn tal-kotba u l-illustrazzjonijiet, li turi x-xogħol tal-illustraturi u d-disinjaruri kontemporanji u ewlenin f’Malta, u fl-istess ħin tweġġaħ il-pijunieri lokali f’dawn l-oqsma. Din l-inizjattiva hija parti minn kollaborazzjoni usa’ bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Malti għall-Arti.
Il-ħinijiet tal-ftuħ
Attivitajiet għall-familji u t-tfal
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dejjem joffri ħarġa sabiħa għall-familja kollha, u din is-sena xejn inqas.
Matul il-ħamest ijiem tal-Festival (minn nhar l-Erbgħa, 18 sal-Ħadd, 22 ta’ Ottubru), se jkollna lista sħiħa ta’ attivitajiet għall-familja kollha.
Kif Tasal
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jassigura li minbarra parkeġġ spazjuż fid-daħla tal-MFCC fl-Entratura Nord tal-MFCC għal dawk li jiġu bil-karozzi, kulħadd jista’ jasal sal-Festival permezz tat-trasport pubbliku, grazzi għal aktar rotot ta’ tal-linja offruti mill-Malta Public Transport.
Kompetizzjonijiet
Il-kompetizzjonijiet li se jkollna għalikom se jitħabbru dalwaqt!
Sensory-Friendly Room
Din il-kamra mmexxija mill-Fondazzjoni Inspire tkun miftuħa l-ġurnata kollha. Jingħata biss aċċess lil tfal akkumpanjati minn ġenituri jew edukaturi.
Il-Mistiedna Speċjali
Sam Blake
Vanessa Fox O’Loughlin tikteb il-polizjesk bħala Sam Blake, u hija awtur ta’ kotba bestseller li għamlitha tliet darbiet mal-finalisti tar-Rumanz Polizjesk tas-Sena fl-Irlanda. Is-seba’ bestseller tagħha The Mystery of Four u l-ewwel rumanz għaż-żgħażagħ li ppubblikat riċentament Something Terrible Happened Last Night, jinsabu għall-bejgħ.
Vanessa waqqfet l-akbar sit Ewropew tar-riżorsi, writing.ie, li rebbaħha wkoll premji varji, il-grupp ta’ kitba online Writers Ink, u Murder One – Il-Festival internazzjonali fl-Irlanda tal-kitba polizjeska. Vanessa hija membru fil-bord tas-Soċjetà tal-Awturi, u membru tal-RSA. Għenet fl-iżvilupp ta’ bosta inizjattivi fid-dinja tal-kitba, u b’hekk għamlet isem ma’ kittieba emerġenti, kif ukoll taħdem ma’ aġenti letterarji u pubblikaturi kemm fir-Renju Unit u anki fl-Irlanda sabiex tgħarrex għal talent ġdid. Vanessa ngħaqdet mal-Bord tal-Assoċjazzjoni ta’ Kittieba tal-Polizjesk fl-2021, u għandha rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tax-Xahar Nazzjonali ta’ Qari Polizjesk.
Il-parteċipazzjoni ta’ Sam Blake waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023:
Deċiżjonijiet il-kittieb – skambju bejn Sam Blake u Leanne Ellul dwar l-ideat u l-kliem fil-kitba
Masterclass minn Sam Blake dwar il-kitba kreattiva għal studenti postsekondarji
Charlie Castelletti
Charlie Castelletti huwa kittieb u editur ta’ kotba tat-tfal. Għandu Baċellerat fil-Lingwa u l-Letteratura Ingliża mill-King’s College f’Londra, u Maġisteru fil-Filosofija minn Cambridge li fih iffoka fuq il-letteratura tas-seklu dsatax u s-seklu għoxrin, l-addattazzjonijiet perjodiċi u l-udjenza queer. Huwa l-awtur ta’ The Manor House Governess bil-psewdonimu C.A. Castle, u jikteb ukoll kotba tal-istampi għal tfal żgħar. Jiġbor il-poeżiji ma’ Macmillan, u hawnhekk jikkuntrasta l-qadim mal-ġdid, miż-żodjaċi sal-ħajja queer u n-namrar modern, filwaqt li jipprova dejjem jifhem l-ispirtu taż-żmien. Ħinu jqattgħu bejn Londra u Cambridgeshire.
Il-parteċipazzjoni ta’ Charlie Castelletti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023:
Il-kitba għat-tfal u ż-żgħażagħ – masterclass minn Charlie Castelletti, editur tal-kotba tat-tfal
Tnedija ta’ ktieb: ‘The Manor House Governess’ (Black and White, Bonnier Books
Simon Trewin
Simon Trewin huwa aġent letterarju bbażat fir-Renju Unit u, f’karriera li issa tisboq it-30 sena, ħalla impatt fuq l-industrija globali tal-pubblikazzjoni. Qabbel ftehimiet għal kotba, films, u teatru, u għen sabiex aktar minn 40 rumanz tal-bidu jinbidlu f’xogħlijiet ta’ preġju li rebħu premji bħall-Man Booker u l-Costa Book Awards. Kien darbtejn finalist għall-British Book Awards Literary Agent of the Year u kien innominat għad-Digital Influencer of the Year, u allura għandu esperjenza bil-kif. Huwa Depożitarju tal-Avron Foundation for Creative Writing, u sostenitur ta’ metodi tradizzjonali ta’ stampar f’The Garage Press.
Il-parteċipazzjoni ta’ Simon Trewin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023:
Id-dinja tal-pubblikazzjoni – it-triq lejn is-suq: Masterclass minn Simon Trewin
Deċiżjonijiet il-kittieb – skambju bejn Sam Blake u Leanne Ellul dwar l-ideat u l-kliem fil-kitba (moderatur)
Il-pjanta tal-MFCC
L-Esebituri
Ara l-lista tal-esebituri hawnhekk.
Dawk il-pubblikaturi, bejjegħa tal-kotba, awturi u aġenziji relatati mal-ktieb applikaw bejn il-11 ta’ Mejju u t-12 ta’ Ġunju 2023.
Skema tal-Promozzjoni għall-Esebituri
L-Iskema tal-Promozzjoni għall-Esebituri toffri sussidju fuq il-ħlas għall-istand tal-esebituri jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali u l-midja soċjali.
Għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, l-esebituri jistgħu jitolbu rifużjoni sħiħa jew parzjali (minimu ta’ 50%) fuq il-ħlas tal-applikazzjoni tagħhom jekk jagħżlu li jirreġistraw għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Esebituri.
Programm għat-tfal tal-iskejjel
Iż-żjajjar tal-iskejjel reġgħu magħna! Dawn huma b’xejn, iżda l-iskejjel iridu jibbukkjaw bil-quddiem.
L-iskejjel kellimniehom minn qabel u ħeġġiġniehom jiġu bit-tfal sabiex ma jitilfux ix-xows u l-eluf ta’ kotba li se jkun hemm għall-bejgħ.
Kull student irreġistrat jirċievi vawċer ta’ €5 li jkun jista’ jsarrfu waqt il-Festival, kif ukoll ikun jista’ jattendi xows addattati skont l-età fit-Teatru tal-Festival jew xows oħrajn fin-naħa tal-ħanut tal-kotba.
Ir-reġistrazzjonijiet issa magħluqa.