Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – edizzjoni virtwali huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ online mill-11-15 ta’ Novembru.
Il-preparamenti bdew ġmielhom u l-programm tal-attivitajiet jinħareġ f’Settembru.
L-imsieħba fl-industrija tal-kotba u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna biex isegwu s-sit uffiċjali u
Websajt u l- l-paġna tal-Facebook tagħna għal aktar aġġornamenti

L-istorja tal-FNK

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 40,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 40 eżebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.

L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein u l-Imħallef Rosemarie Aquilina.

Iż-żjara

Ħinijiet tal-ftuħ: L-Erbgħa 11 ta’ Novembru:  09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ħamis 12 ta’ Novembru:  09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru:  09:00 – 13:00, 17:30 – 22:00 Is-Sibt 14 ta’ Novembru:  09:30 – 22:30 Il-Ħadd 15 ta’ Novembru:  08:30 – 20:00

Mingħajr dħul

Ċentru tal-Konferenzi Mediterranji (MCC), Triq l-Isptar, Valletta, VLT 1645

Programm għat-tfal tal-iskejjel

L-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għall-attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba.

Kull student irreġistrat jirċievi vawċer ta’ €5 li jkun jista’ jsarrfu waqt il-Festival, kif ukoll ikun jista’ jattendi xows addattati skont l-età fit-Teatru tal-Festival jew xows oħrajn fin-naħa tal-ħanut tal-kotba.

Irreġistra minn qabel lill-istudenti tiegħek għal żjara waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023

Eżebituri

L-applikazzjonijiet għall-pubblikaturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni virtwali tal-Festival issa fetħu. Niżżel l-applikazzjoni aġġornata minn hawn u qabel tibgħatha kun ċert li qrajt sewwa l-istruzzjonijiet.

L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email lil Michael Mercieca (michael.mercieca@gov.mt) jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li jidher hawn, sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm): Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. Joseph J. Mangion, Il-Furjana, FRN 1800, MALTA.

Is-Sacra Infermeria u La Valette Halls se jkunu qed jospitaw pubblikaturi, NGOs u libreriji, kif ukoll bejjiegħa tal-kotba u ħwienet tal-kotba.

Għall-familji

Id-dettalji dwar xows għall-familji waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali joħorġu aktar tard.

Skema ta’ promozzjoni għall-eżebituri

Din is-sena l-eżebituri għandhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju fuq il-miżata għall-istand tagħhom jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali. Il-Formola tal-applikazzjoni għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri u r-regolamenti tista’ titniżżel minn hawnhekk..

EDIZZJONIJIET IMGĦODDIJA The 2019 Malta Book Festival

Ara hawnhekk il-programm uffiċjali tal-avvenimenti kollha tal-FNK 2019 (verżjoni għall-mowbajl) li kien jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.

Il-Festival beda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Ipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.

Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-On. Imħallef Rosemarie Aquilina, li serqet ix-xena internazzjonali fl-2018 meta ppresediet il-każ ta’ Larry Nassar, u bagħtitu 175 sena ħabs minħabba abbużi sesswali. Minn dakinhar l-Imħallef Aquilina saret wieħed mis-simboli tal-moviment #MeToo.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-programm kulturali tal-FNK 2018 kellu aktar minn 80 attività bejn tnedijiet ta’ kotba, qari, laqgħat mal-awturi, seminars u konferenzi. Bħala avveniment li fforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Festival ingħata s-sostenn sħiħ tal-Gvern.

Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-awtriċi u attivista ta’ fama internazzjonali Naomi Klein, li kienet intervistata mill-ġurnalist lokali Matthew Vella. Klein hi l-awtriċi tal-ktieb The Shock Doctrine, li kiser rekords ta’ bejgħ fid-dinja u li fih Klein titkellem dwar dak li ssejjaħlu ‘kapitaliżmu tad-diżastri’. Il-ktieb qawwa l-prominenza ta’ Klein, bin-New Yorker jgħid li Klein hi l-aktar figura viżibbli u influwenti fix-xellug Amerikan.

Il-Programm ta’ Attivitajiet Kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-formola ta’ risponsgħaż-żjajjar tal-iskejjel fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018.   The 2017 Malta Book Festival

Poster EN(1)

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017

    Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 50,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 50 esebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.

    Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023

     

    Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ mit-18 sat-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali.

    Informazzjoni

    Programm għat-tfal tal-iskejjel

     

    L-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għall-attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba. 

    Kull student irreġistrat jirċievi vawċer ta’ €5 li jkun jista’ jsarrfu waqt il-Festival, kif ukoll ikun jista’ jattendi xows addattati skont l-età fit-Teatru tal-Festival jew xows oħrajn fin-naħa tal-ħanut tal-kotba. 

    Irreġistra minn qabel lill-istudenti tiegħek għal żjara waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023

    L-istorja tal-FNK

     

    L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein, l-Imħallef Rosemarie Aquilina, Sir Salman Rushdie, Irvine Welsh u John Boyne.

    Kif Tasal

     

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jassigura li minbarra parkeġġ spazjuż fid-daħla tal-MFCC fl-Entratura Nord tal-MFCC għal dawk li jiġu bil-karozzi, kulħadd jista’ jasal sal-Festival permezz tat-trasport pubbliku, grazzi għal aktar rotot ta’ tal-linja offruti mill-Malta Public Transport.

    Għal aktar informazzjoni ikklikja hawn.

    L-Animazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

     

    L-Animazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se tkun magħna dalwaqt!

    Il-Mistiedna Speċjali

     

    Il-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jitħabbru dalwaqt.

    Kompetizzjonijiet

     

    Il-kompetizzjonijiet li se jkollna għalikom se jitħabbru dalwaqt!

    Attivitajiet għall-familji u t-tfal

     

    Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dejjem joffri ħarġa sabiħa għall-familja kollha, u din is-sena xejn inqas.
    Matul il-ħamest ijiem tal-Festival (minn nhar l-Erbgħa, 18 sal-Ħadd, 22 ta’ Ottubru), se jkollna lista sħiħa ta’ attivitajiet għall-familja kollha.

    Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn.

    Il-pjanta tal-MFCC

     

    Il-pjanta tal-MFCC se tkun magħna dalwaqt!

    L-Esebituri

     

    L-esebituri jistgħu jaqraw it-termini tal-iskema u jirreġistraw permezz tal-istess formoli tal-applikazzjoni hawn fuq. L-esebituri – il-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba li jixtiequ jipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 jistgħu japplikaw bejn il-11 ta’ Mejju u t-12 ta’ Ġunju 2023.

    L-esebituri huma mħeġġa jaqraw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel japplikaw.

    L-esebituri jistgħu japplikaw permezz ta’ din il-ħolqa hawnhekk, jew billi jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni PDF, jimlew u jibagħtuha bil-posta lil:

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
    Bice Mizzi Vassallo Complex
    Arnheim Road
    Pembroke PBK1776
    MALTA

    Skema tal-Promozzjoni għall-Esebituri
    L-Iskema tal-Promozzjoni għall-Esebituri toffri sussidju fuq il-ħlas għall-istand tal-esebituri jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali u l-midja soċjali.

    Għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022, l-esebituri jistgħu jitolbu rifużjoni sħiħa jew parzjali (minimu ta’ 50%) fuq il-ħlas tal-applikazzjoni tagħhom jekk jagħżlu li jirreġistraw għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Esebituri.

    Il-Programm

     

    Il-programm se jinħareġ f’Settembru.

    L-esebizzjoni From Illustration to Book

     

    Fil-qalba ta’ dan il-Festival, flimkien mal-istands tal-esebituri, grazzi għall-kollaborazzjoni bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti se jkun hemm l-esebizzjoni From Illustration to Book.

    Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn.

    Sensory-Friendly Room

     

    Din il-kamra mmexxija mill-Fondazzjoni Inspire. Jingħata biss aċċess lil tfal akkumpanjati minn ġenituri jew edukaturi.

    Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn.

    Il-ħinijiet tal-ftuħ

     

    Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:

    Nhar l-Erbgħa u l-Ħamis: Mid-9am sas-1pm u mill-5pm sad-9pm

    Nhar il-Ġimgħa: Mid-9am sas-1pm u mill-5pm sal-10pm

    Nhar is-Sibt: Mid-9:30am sal-10pm

    Nhar il-Ħadd: Mid-9:30am sat-8pm

    EDIZZJONIJIET IMGĦODDIJA