Żur is-South Theatre Hall li fiha se jkunu qed jintwerew, skont skeda, l-aħjar xogħlijiet awdjoviżivi ffinanzjati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-aħħar snin. Minn serje ta’ films qosra u dokumentarji, sa intervisti ma’ awturi lokali u qari animat ta’ siltiet mil-letteratura Maltija, aktarx issib produzzjoni li tqarrbek aktar lejn il-letteratura u l-ktieb innifsu!