Fil-ħajja kulħadd, xi wħud forsi aktar minn oħrajn, jgħaddi minn waqtiet jew ġrajjiet. Laurence Mizzi mhux eċċezzjoni. Tul is-snin kellu wkoll ġrajjiet li tista’ ssejħilhom komiċi, u għalhekk joħolqu tbissima, anki jekk l-awtur setgħa ġie mbarazzat. Kien għal din ir-raġuni li l-awtur sejjaħ din il-ġabra “ġrejjef” għaliex waqt li kollha seħħew tassew, ġraw veru u għalhekk kienu “ġrajjiet” xi wħud għandhom aktar mill-“ħrejjef”, bilkemm jitwemmnu. Imma ġraw tassew. Huma veri u mhux fittizji.
Il-kreattività, l-innovazzjoni, il-kwalità u l-interess għall-qarreja huma fost l-aktar kunsiderazzjonijiet importanti għal Kite Group. Permezz ta’ kull ktieb, Kite Group ikun irid joħloq esperjeza li tagħti gost lill-qarrejja. Dan jgħodd kemm għal min ifittex il-viżiv u anki għal min ifittex il-qari. Fost il-kotba li ġew ippubblikati minn din id-dar tal-pubblikazzjonijiet, rebbieħa ta’ diversi premjijiet, hemm dawk dwar l-arti, il-kultura, bijografiji, stejjer qosra, kotba t’umoriżmu, fotografija, arkitettura, liġi u l-istorja ta’ pajjiżna. Kite Group joffri servizz lill-qarrejja u lil kull min irid jippubblika ktieb. Tista’ tixtri kotba ppubblikati minn Kite Group minn www.kitegroup.com.mt u tingħata skont ta’ 25% billi ddaħħal il-coupon code BOOKS25.