Moderatur: Norbert Bugeja – ma’ Eran Katz, Chris Gruppetta, Katryna Storace, Walid Nabhan u Kristina Quintano
Il-kotba twieqi għad-dinja u, fi żmien meta ħajjitna u l-vjaġġi tagħha jinsabu mexkkla, il-letteratura tipprovdi mezz importanti kif nikkomunikaw bħala qarrejja. Dan l-avveniment ifittex li jesplora kif xogħlijiet tradotti jivvjaġġaw lil hinn mill-kulturi u l-lingwi u jilħqu udjenzi usa’, u fil-proċess jibnu l-pontijiet li m’hemmx bejn fruntiera u oħra.
‘Lil hinn mill-Fruntieri: Il-qawwa trasportattiva tat-traduzzjoni’ se tlaqqa’ flimkien lill-awtur Iżraeljan Eran Katz, li kiteb il-kotba Secrets of a Super Memory u Jerome Becomes a Genius; Chris Gruppetta, pubblikatur u editur lokali li jippubblika kull sena kotba tat-tfal u l-adolexxenti fit-traduzzjoni; Katryna Storace, kittieba u editur ibbażata Londra u l-kofundatur ta’ Praspar Press li hija dar ta’ pubblikazzjoni żgħira li tippubblika l-letteratura kontemporanja Maltija bl-Ingliż u letteratura oħra tradotta għall-Ingliż; Walid Nabhan li l-kotba tiegħu nqalbu f’aktar minn ilsien wieħed u hu nnifsu jaqleb il-letteratura Maltija għall-Għarbi; u Kristina Quintano – traduttriċi u pubblikatur Norveġiża li ppubblikat letteratura minn Malta bin-Norveġiż. Id-diskussjoni se tkun immoderata minn Norbert Bugeja, poeta u lettur l-Università ta’ Malta.