F’dan il-klabb tal-kotba studenti universitarji jiddiskutu l-memoir Firebird ta’ Mark Doty, il-mistieden speċjali tal-Festival, wara li jkunu qraw siltiet minnu.

F’dal-ktieb ta’ tifkiriet Doty jirrakkonta l-istorja ta’ tifel t’10 snin b’tomna fuq rasu, bastun, u xalla ħamra, li ommu tinterrompih mill-bieb tal-kamra waqt li jkun qed ikanta b’ħanġra daqshiex “Get Happy” ta’ Judy Garland. Ommu tgħajjat miegħu, “Ibni, inti tifel!”

Firebird jippreżentalna l-istorja ta’ tifel żgħir u qalbieni li diġà għandu biżżejjed inkwiet anki jekk ma jafx li s-sesswalità tiegħu hija l-Waħda l-Ħażina. Doty kien iddeskriva lilu nnifsu “sissy boċċu u intelliġenti tal-kotba b’nuċċali u aċċent Nofsinhari”, u trabba jsiefer minħabba missieru li kien inġinier jaħdem mnn Tennessee sal-Arizon, minn Florida sa Kalifornja. 

Firebird huwa farsa lirika u ta’ qsim il-qalb dwar l-isfaxxar ta’ familja minħabba l-poteri korrużivi tal-alkoħol, l-indiema u x-xewqat miċħuda. Iżda huwa wkoll evokazzjoni ironika tal-pjaċiri u l-beżgħat tat-tfulija, gwida komika tal-ħajja suburbana Amerikana, u xhieda tal-qawwa trasformattiva tal-arti.

Is-sessjoni se tkun immoderata bl-Ingliż minn Dr Mario Aquilina mid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta.

Mark Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Eliot fir-Renju Unit fl-1995, u fl-2008 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-Istati Uniti bil-ktieb Fire to Fire: new and selected poems (HarperCollins, 2008). Huwa l-awtur ta’ diversi ġabriet ta’ poeżija, fosthom Bethlehem in Broad Daylight (D.R. Godine, 1991), A Swarm, A Flock, A Host: A Compendium of Creatures (Prestel, 2013), u Deep Lane (W.W. Norton, 2015) u anki ġabriet ta’ memoirs bħal Firebird (HarperCollins, 1999), Still Life with Oysters and Lemon: On Objects and Intimacy (Beacon Press, 2000) u Dog Years (HarperCollins, 2007). Doty kemm-il darba tqabbel ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy minħabba l-eleganza u l-intelliġenza fil-versi tiegħu. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa What Is the Grass – Walt Whitman in My Life (W.W. Norton, 2020). Bħalissa Doty huwa Professur Distint u Direttur ta’ Writers House fl-Università ta’ Rutgers.

Mario Aquilina huwa Lettur Anzjan tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta. Ippubblika f’għadd ta’ journals prominenti dwar l-esej u l-mhux fittizju, it-teorija letterarja, l-istorja tal-letteratura, u l-letteratura kontemporanja. Huwa wkoll l-awtur ta’ The Event of Style in Literature (Palgrave, 2014), editur ta’ The Essay at the Limits (Bloomsbury, 2021), u l-editur ewlieni ta’ The Edinburgh Companion to the Essay (Edinburgh University Press).