Għat-tnedija tat-traduzzjoni bil-Malti tal-ewwel rumanz ta’ Andrea Camilleri fis-sensiela tal-Ispettur Montalbano, l-Istituto Italiano di Cultura flimkien ma’ Merlin Publishers qegħdin ilaqqgħu f’diskussjoni lit-traduttur Antoinette Borg u l-awtur ta’ rumanzi tad-detective bil-Malti, John A. Bonello.
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq segr.iiclavalletta@esteri.it .
Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.