Imżejjen għall-karriera letterarja tiegħu bil-Midalja tal-Qadi tar-Repubblika, rebbieħ għadd ta’ drabi tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, mogħti Ġieħ iż-Żejtun, il-Midalja tad-Deheb mis-Soċjetà tal-Arti u l-Midalja tal-Akkademja Malti, Trevor Żahra hu protagonist ewlieni u ċentrali fil-letteratura lokali għat-tfal u l-kbar. Wisq probabbli, l-ebda awtur ieħor Malti ma esperjenza daqsu f’ġeneri letterarji differenti u rebaħ il-kunsens taż-żgħar u l-kbar. F’dan il-volum, kritiċi u ħbieb jevalwaw il-personalità kif ukoll l-enerġija letterarja ta’ Trevor Żahra.

Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-premju f’għadd ta’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Id-dar ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti bħal Mario Azzopardi, Charles Briffa, Lina Brockdorff, Lou Drofenik, Victor Fenech, Charles Flores, Audrey Friggieri, Gioele Galea, Albert Marshall, Alfred Massa, Ġorġ Peresso, John Portelli, Rita Saliba, Salv Sammut u Giuseppe Schembri Bonaci, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti bħal Richard Attard, Helen Borg, Michael Cini, Lorraine Galea, Sergio Grech u Stephen Lughermo.