Country Villas in XVIII Century Malta jistħarreġ suġġett partikulari fl-istorja tal-arkitettura Maltija, dik tal-bini ta’ vilel suburbani għas-sinjuri tas-seklu 18. Dil-pubblikazzjoni għandha tixħet dawl ġdid fuq das-suġġett u żżid mal-għarfien li hemm. 

Id-drawwa li jinbnew vilel barra r-raħal jew belt bdewha l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann u tħajru magħhom dawk tal-klassi l-għolja. Dal-ktieb jiffoka fuq tliet binjiet u l-arkitettura tagħhom – Villa Preziosi, Villa Bologna u Villa Gourgion – kif ukoll hemm kapitli li jitkellmu fuq patrunaġġ, tekniki tal-bini kontemporanji u l-finanzjament tal-vilel. Il-ktieb jinkludi bosta tpinġijiet arkitettorali tal-vilel magħmula mill-awtur flimkien ma’ ritratti suwed u bojod ta’ Charles Paul Azzopardi kkummissjonati apposta għal dil-pubblikazzjoni u oħrajn antiki ta’ Richared Ellis.

Il-kreattività, l-innovazzjoni, il-kwalità u l-interess għall-qarreja huma fost l-aktar kunsiderazzjonijiet importanti għal Kite Group. Permezz ta’ kull ktieb, Kite Group ikun irid joħloq esperjeza li tagħti gost lill-qarrejja. Dan jgħodd kemm għal min ifittex il-viżiv u anki għal min ifittex il-qari. Fost il-kotba li ġew ippubblikati minn din id-dar tal-pubblikazzjonijiet, rebbieħa ta’ diversi premjijiet, hemm dawk dwar l-arti, il-kultura, bijografiji, stejjer qosra, kotba t’umoriżmu, fotografija, arkitettura, liġi u l-istorja ta’ pajjiżna. Kite Group joffri servizz lill-qarrejja u lil kull min irid jippubblika ktieb. Tista’ tixtri kotba ppubblikati minn Kite Group minn www.kitegroup.com.mt u tingħata skont ta’ 25% billi ddaħħal il-coupon code BOOKS25.