“If it’s up to me, I would make love all day long. Nothing else fascinates me, be it erudition, speculation, religion or whatever else. To be absolutely honest, it seems to me that the only honourable thing to do is to commit suicide. Making love is a sort of suicide, don’t you think?”
B’dan il-kliem, Amanda, it-tfajla li magħha dan il-ktieb jistiednek tivvjaġġa, mhix qed tinki. Il-vjaġġ tagħha jesplora t-tifsira tal-Ħajja. Matul it-triq, tistaqsi mistoqsijiet iebsa li int u jien forsi rridu nevitaw; tisfida t-tweġibiet faċli li ħafna minna jistgħu impulsivament jipproponu. Fl-aħħar, ilkoll kemm aħna nistgħu nkunu grati għall-persistenza tagħha.
Dan il-ktieb huwa dwar l-istorja ta’ ħajtek. F’ħafna modi, Amanda tista’ tkun int. Għax aħna lkoll, żgur, inġorru ġo fina dak is-sentiment iebes ta’ skuntentizza. Ilkoll kemm aħna qegħdin infittxu dak is-sodisfazzjon li dejjem jaħrab. Dan il-ktieb jista’ jkun utli. Għall-ewwel af iweġġa’, iżda l-mod terapewtiku tiegħu huwa delikat u ta’ serħan.
Wara kollox, forsi ma jitkellem dwar xejn ħlief it-twettiq tal-imħabba.
Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-premju f’għadd ta’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Id-dar ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti bħal Mario Azzopardi, Charles Briffa, Lina Brockdorff, Lou Drofenik, Victor Fenech, Charles Flores, Audrey Friggieri, Gioele Galea, Albert Marshall, Alfred Massa, Ġorġ Peresso, John Portelli, Rita Saliba, Salv Sammut u Giuseppe Schembri Bonaci, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti bħal Richard Attard, Helen Borg, Michael Cini, Lorraine Galea, Sergio Grech u Stephen Lughermo.