Kienet lin-nar

l-ewwel talba li qatt għamel.

Snin wara,

kien in-nar li ħadlu l-menti.

Dan hu r-rakkont

ta’ żagħżugħ

li l-ħajja afha sa mill-bidu

ġibda waħda

lejn xifer l-irdum

From the book ‘In-Nar għandu Isem’

Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-premju f’għadd ta’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Id-dar ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti bħal Mario Azzopardi, Charles Briffa, Lina Brockdorff, Lou Drofenik, Victor Fenech, Charles Flores, Audrey Friggieri, Gioele Galea, Albert Marshall, Alfred Massa, Ġorġ Peresso, John Portelli, Rita Saliba, Salv Sammut u Giuseppe Schembri Bonaci, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti bħal Richard Attard, Helen Borg, Michael Cini, Lorraine Galea, Sergio Grech u Stephen Lughermo.