Il-kittieba u personalità televiżiva popolari Ruth Frendo, se titkellem dwar l-ewwel kotba Maltin li qatt kellhom ir-realtà awmentata (augmented reality) – it-triloġija L-Għoġol tad-Deheb. Dawn il-kotba qed jiġu studjati fl-iskejjel f’pajjiżna u grazzi għas-suċċess li kellhom mal-qarrejja qed jiġu wkoll deskritti bħala, “il-Harry Potter ta’ Malta”.

Ruth se titkellem dwar l-aħħar ktieb minn din it-triloġija – Is-Sagrifiċċju tal-Għoġol tad-Deheb. Dan il-ktieb jimmarka t-tmiem tal-avventura ta’ Pia u sħabha, mimli b’misteri u b’avventuri relatati ma’ ħrejjef popolari lokali. Minbarra hekk, Ruth se tkun qed turi kif ir-realtà awmentata taħdem sabiex it-tfal jistgħu tassew japprezzaw il-maġija ta’ dawn is-serje ta’ kotba!

Is-serje ta’ kotba interattivi ġiet megħjuna mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Miller Distributors Ltd – Miller Distributors is the leading book importer and distributor in Malta and Gozo. We represent a large number of foreign and local publishers at all publishing levels, from children’s books to university texts and beyond. We supply a wide range of local retail customers with their book requirements and offer strong support services.