Il-programm tat-tnedija ta’ għadd 40 tar-rivista tal-Għaqda tal-Malti – Università huwa wieħed varjat. Apparti l-qari ta’ siltiet mix-xogħlijiet li se jidhru fir-rivista, se jkun hemm artisti lokali kemm mix-xena mużikali kif ukoll mix-xena tat-teatru. L-attività se tkun iddedikata lill-Professur Oliver Friggieri.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@ghmu.org.mt

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.