Bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Peter Owen Publishers qed iniedu Exodus of the Storks, l-ewwel traduzzjoni bl-Ingliż tar-rumanz ta’ Walid Nabhan L-Eżodu taċ-Ċikonji (2013). Id-Direttur ta’ Peter Owen Publishers, Nick Kent, se jippreżenta t-traduzzjoni ta’ Albert Gatt ta’ dar-rumanz rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2017 flimkien mal-awtur Walid Nabhan.