Dan l-avveniment ġie kkanċellat.

It-tnedija tat-tielet volum ta’ The Maltese Legal System – kollezzjoni definittiva u komprensiva dwar is-sistema legali Maltija. Ingħaqad mal-istudjużi legali eminenti Prof. Ivan Mifsud, Prof. Kevin Aquilina, u Prof. Patricia Vella de Fremeaux għat-tnedija ta’ din il-pubblikazzjoni importanti.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq mup@um.edu.mt .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.