Varjazzjonijiet tas-Skiet hija t-tielet kollezzjoni ta’ poeżiji ta’ Nadia Mifsud, kif ukoll l-ewwel pubblikazzjoni tagħha ma’ EDE Books. Minbarra li se tkun qed taqra ftit poeżiji mill-ktieb, Nadia Mifsud se tkun qed tiddiskuti l-proċess tat-tfassil ta’ din il-pubblikazzjoni, mill-kitba proprja għal domandi dwar id-disinn u l-legatura tal-ktieb, flimkien ma’ Glen Calleja u Marco Scerri. Dan l-avveniment se jkun immoderat minn Kenneth Scicluna.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@kixott.com .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.