Il-memorja ħajja rat it-trasformazzjoni bla paragun tal-‘ispazjI tax-xogħol’ tal-Gżejjer Maltin. Il-volum editjat, Working Life and the Transformation of Malta, jiddokumenta u jikkritika din it-trasformazzjoni f’dettal affaxxinanti mill-1960 sal-lum, b’kontribuzzjonijiet mill-oqsma tal-istorja, soċjoloġija, riżorsi umani u aktar. Ingħaqad mal-edituri tal-volum Dr Manuel Debono u l-Prof. Godfrey Baldacchino għat-tnedija, kif ukoll biex tagħti ġieh lill-Prof. Edward Zammit, li x-xogħol tiegħu għen biex tiġi ffurmata u jintefa’ dawl fuq dal-perjodu dinamiku.
Working Life and the Transformation of Malta: 1960-2020 jinsab għall-bejgħ mill-pubblikatur fuq mup@um.edu.mt għall-prezz speċjali ta’ €40.