L-edituri u l-kofundaturi tad-dar tal-pubblikazzjoni bbażata f’Londra Praspar Press, Kat Storace u Jen Calleja, se jippreżentaw żewġ pubblikazzjonijiet ġodda tal-letteratura Maltija bl-Ingliż jew maqluba fl-Ingliż, inkluż l-ewwel antoloġija tagħhom ta’ finzjoni kontemporanja Maltija, poeżija u esejs, Scintillas: New Maltese Writing. Flimkien ma’ Loranne Vella se jiddiskutu wkoll it-traduzzjoni tal-ġabra ta’ stejjer qosra ta’ Vella, What will it take for me to leave.

Iż-żewġ pubblikazzjonijiet ġew megħjuna mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq showshappening.com

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.