Attività mnebbħa mill-poeżiji li ġew tradotti waqt il-laboratorji ta’ traduzzjoni li saru fuq medda ta’ 15-il sena ta’ edizzjonijiet differenti tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jisimgħu l-poeżiji u jiddiskutu t-traduzzjoni tal-poeżija ma’ wħud mit-tradutturi mistiedna għal-laboratorji msemmija.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@inizjamed.org

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.