Deer Publications hija dar tal-pubblikazzjoni żgħira li stabbiliet ruħha fil-qasam partikolari iżda popolari ta’ kotba relatati mal-ħajja tal-qaddisin u ċ-ċelebrazzjonijiet soċjokulturali tagħhom li jsiru lokalment b’pompa u entużjażmu kbir. Il-pubblikazzjoni ewlenija tagħha hija l-enċiklopedija tal-festa Ilwien il-Festi Maltin (kull wieħed mill-għaxar volumi jinkludi ’l fuq minn 650 ritratt meħud mill-fotografu professjonali u dilettant tal-festa Mark Micallef Perconte). L-editur tas-serje huwa Andrew Borg li wkoll daħal mill-ġdid fis-suq tal-kotba tal-qaddisin addattati għall-qarrej żagħżugħ. L-aħħar proġett ta’ Deer Publications huwa pubblikazzjoni maġġuri ta’ kollezzjoni ta’ studji akkademiċi dwar San Ġużepp, li għalih il-Papa Franġisku ddikjara l-2021 bħala s-sena speċjali tiegħu. Cervus, 72A, Triq Doni, ir-Rabat, Malta T +356 9938 5496 / +356 7905 8691 | E deerandrew@gmail.com