Din id-diskussjoni se tiġbor ir-rebbieħa Maltin tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura (EUPL) sabiex jiddiskutu l-kotba u n-narrattivi tagħhom, u kif l-EUPL għenet biex twessa’ l-udjenzi tagħhom.
L-għan tal-EUPL huwa li tixħet dawl fuq il-letteratura kontemporanja Ewropea u tippromwovi ċ-ċirkolazzjoni tal-letteratura fl-Ewropa. Sal-lum l-awturi rebbieħa tal-EUPL minn Malta kienu Immanuel Mifsud (2011), Pierre J. Mejlak (2014), Walid Nabhan (2017) u Lara Calleja (2021).
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info.culturedesk@ewropakreattiva.mt
Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.