Min qal li l-qari ma fihx gost? DANUSAN se jkunu qed jaqraw u janimaw b’mod spontanju xi kotba fi nħawi pubbliċi madwar Malta. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Daniel Chircop u Chrysander Agius se jimprovizzaw mal-folla f’postijiet strateġiċi partijiet minn kotba bil-Malti. Inti tista’ tinzerta parti minn dax-xows jekk jiltaqgħu miegħek fit-triq DANUSAN, dejjem b’ distanza biżżejjed għas-sigurtà.
Il-kotba li se jintużaw huma kollha rebbieħa tal-passat tal-Premju Terramaxka: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu, Il-Ħanut tal-Ħelu li Mar Dawra, L-Annimali tas-Savana: Il Verità Kollha fuq l-Annimali, Amina u Irvin Vella: Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor.
It-tfal jistgħu jipparteċipaw bħala parti mill-istorja f’dawn ix-xows li se jsiru f’postijiet oriġinali: swieqi, il-Funtana tat-Tritoni, Is-Suq tal-Belt, waqt laqgħa tal-iscouts u f’bandlijiet differenti. Żomm għajnejk u widnejk miftuħin f’Novembru għax af issib lid-DANUSAN jiftħulek xi ktieb u joħduk f’avventura ta’ barra minn hawn.