Wara d-debutt tiegħu fiċ-ċinema lokali dan is-sajf, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jospita skrinjar b’xejn ta’ Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi b’introduzzjoni qasira mid-direttur Martin Bonnici.
Il-film huwa addattament tar-rumanz tal-istess isem ta’ Alex Vella Gera, u ttella’ bl-appoġġ tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq showshappening.com
M’hemmx bżonn ċertifikat tat-tilqima għal dan l-avveniment.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.