Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jagħti ġieh lill-kisbiet letterarji ta’ isem sinonimu mal-letteratura Maltija, Trevor Żahra, li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura s-sena l-oħra. Se jintwera għall-ewwel darba film qasir li jiċċelebra l-ħajja u x-xogħlijiet tiegħu, segwit minn diskussjoni ma’ Richard Żahra, Chris Gruppetta, Leanne Ellul u Trevor Żahra nnifsu.

Il-filmat huwa produzzjoni ta’ Motion Blur.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq: https://www.showshappening.com/

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.