Matthew Schembri jitkellem ma’ Glen Calleja u Raphael Vella dwar il-proġett Ħassartek, li jinkludi pubblikazzjoni ta’ 231 poeżija maħluqa mill-awtur stess permezz tat-tħassir parzjali tar-rumanz debutt tiegħu, Stessi (Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016 u ppubblikat mill-Merlin Publishers fl-2018). Wirja artistika li ddur madwar il-pubblikazzjoni Ħassartek se ssir ġewwa Studio Solipsis, ir-Rabat, Malta, f’Novembru tal-2021.

Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq matthewschembri13@gmail.com

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.