F’din l-intervista niltaqgħu ma’ Mary Rose Mifsud, it-traduttriċi tal-ktieb Id-Djarju ta’ Anne Frank kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u maqlub għall-Ingliż minn Susan Massotty. Fl-intervista nisimgħu dwar din il-pubblikazzjoni, li tinkludi t-traduzzjoni Maltija tat-test tad-Djarju u informazzjoni dwar x’ġara minnu qabel u wara li ġie ppublikat. Nisimgħu ukoll kif permezz ta’ noti ddettaljati dwar il-personaġġi u l-postijiet imsemmija, it-traduttriċi turi ’l-qarrej x’ġara minnhom anki wara li jieqaf Id-Djarju. Waqt l-intervista jintmissu wkoll punti li jikkonċernaw il-proċess tat-traduzzjoni, speċjalment l-għażliet lingwistiċi.

Faraxa, imnedija fl-2011, hija dar tal-pubblikazzjoni li tipproduċi pubblikazzjonijiet għalkollox professjonali fuq ġeneri ta’ kitba mill-aktar varjati. It-tim ta’ Faraxa, immexxi minn Joanne Micallef, jispira ruħu mill-kreattivita ta’ xibka globali ta’ awturi magħżulin bir-reqqa, mill-passjoni tagħhom għall-kotba u d-determinazzjoni biex tintlaħaq kwalita għolja f’dan il-qasam.