‘Il-Malti: Il-Mixja sal-Għarfien Uffiċjali’ hija wirja mtellgħa minn Heritage Malta u l-Akkademja tal-Malti u titqassam fuq għaxar temi. Il-wirja tkopri l-istorja tal-ilsien Malti mill-għeruq Semitiċi tiegħu sakemm fl-1964 ġie dikjarat bħala l-ilsien nazzjonali ta’ Malta u fl-2004 bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.