Taħdita informattiva dwar il-Programm Ewropa Kreattiva mill-Kap tal-Kultura ta’ Creative Europe Desk Malta, Joseph Lia. Ewropa Kreattiva huwa l-programm ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea li jappoġġja s-setturi kulturali u awdjoviżivi.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq Info.culturedesk@ewropakreattiva.mt

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.